l-Iran jieħu f’idejh il-Golf

L-Iran ħa f’idejh il-kontroll totali tal-Golf u l-istrett ta’ Hormuz.

Dan ħabbru l-Kap tal-Gwardji Revoluzzjonarji Navali, li ġie kkwotat mill-Aġenzija tal-Aħbarijiet Tasnim aktar kmieni llum.

Fil-passat uffiċjali Iranjani kienu heddu li jimblukkaw l-Istrett ta’ Hormuz li huwa rota importanti fit-transport taż-żejt bil-baħar biex jirritaljaw għall-azzjonijiet ostili Amerikani.

It-tensjoni bejn l-Iran u l-Amerika żdiedet min mindu l-President Amerikan Donald Trump ħareġ mill-ftehim nukleari tal-2015 bejn l-Iran u l-qawwiet dinjija u anke reġa’ immpona s-sanzjonijiet.

Uffiċjali għolja Amerikani qalu li l-għan tagħhom hu li jelliminaw l-esportazzjoni taż-żejt mill-Iran.

Il-Kap Suprem Iranjan, ix-xahar li għadda qal li jaqbel biss mal–idea jekk kull stat ieħor fil-Golf ma jesportax ukoll.