L-Iran jiċċensura l-libsa li Michelle Obama libset għall-Oscars

Dawk kollha li raw il-premjazzjoni tal-Oscars, setgħu jinnutaw kif kienet liebsa l-First Lady tal-Istati Uniti.

Waqt il-kollegament mill-White House biex tħabbar liema hu l-aħjar film, Michelle Obama libset libsa tleqq biċ-ċingi u kulur il-fidda.

Imma ċ-ċittadini Iranjani rawha liebsa ftit differenti … minkejja li rawha b’libsa ta’ lewn il-fidda, Michelle Obama kellha spallejha u sidirha mgħottija. Filfatt, il-mezzi tax-xandir Iranjani, użaw il-photoshop biex lil Michelle jgħattulha spallejha.

Skont l-Iran, is-Sinjura Obama ma kinitx liebsa xieraq u għalhekk, ma setgħux iħallu lill-Iranjani jarawha bi spallejha mikxufa.