L-Iran jibgħat 15-il missila lejn il-forzi Amerikani fl-Iran

L-Iran bagħat xi missile lejn il-forzi mmexxija mill-Amerka fl-Iran. Dan sar b’ritalja lejn l-attakk Amerikan li wassal biex qatel il-kmandant Iranjan Qassem Soleimani. Il-midja tal-istat Iranjan ħabbar li l-pajjiż kien għadu kemm bagħat 15-il missila lejn il-forzi Amerikani aktar kmieni dalgħodu.

Min-naħa tagħhom il-militar Amerikan qal li minn tal-inqas żewġ faċilitajiet Iraqqini li qed iżommu xi persunal tal-koalizzjoni mmexxija mill-Istati Uniti kienu fil-mira għall-ħabta tal-10:30pm tal-lejl li għadda.

Uffiċjali Iranjani qalu li Tehran ma riedx gwerra u l-attakki saru bi tweġiba għall-qtil ta’ Qassem Soleimani. Id-dfin tal-kmandant sar wara jiem sħaħ ta’ luttu u ħabat kważi eżatt mal-ħin fejn sar l-attakk. It-televiżjoni Iranjana write lin-nies li kienu qed jibku lill-kmandant jifirħu bl-attakk fuq l-Amerikani.

Il-President Amerikan Donald Trump qal fuq Twitter li kien qed isir assessjar ta’ kemm kien hemm vittmi u l-ħsara li twettaq minħabba l-attakki. Hu qal li l-militar tal-pajjiż huwa fost l-aktar potenti fid-dinja. Hu avża li se jkun qed joħroġ stqarrija għada.