L-Iran jhedded li se jattakka lill-Istati Uniti

REUTERS/Morteza Nikoubazl

Id-deputat mexxej tal-Gwardjani tar-Revoluzzjoni wissa lill-mexxejja tal-Istati Uniti u lil-Iżraeliti, biex jistennew attakk devastanti mit-Teħran. Dan filwaqt li akkużhom li kienu involuti fl-attakk li sar fuq parata militari fil-belt t’ Ahvaz.

Eluf ta’ persuni nġabru fit-toroq ta’ din il-belt b’ luttu għall-25 persuna li nqatlu f’dan l-attakk. 12 minn dawn il-persuni li sfaw maqtula huma membri tal-Gwardjani tar-Revoluzzjoni Elita.

Skont midja internazzjonali, il-Ministru tal-Intelliġenza Iranjana, Mahmoud Alavi, qal li netwerk ta’ suspettati diġa ġew arrestati b’konnessjoni mal-attakk.

L-Iran iddikkjarat nhar it-Tnejn bħala ġurnata Nazzjonali ta’ luttu. L-Uffiċini publiċi, il-banek, l-iskejjel u l-universitajiet tal-provinċja se jibqgħu magħluqa.