L-Iran jgħid li se jkompli bil-provi tal-missili

L-Iran qed jgħid li se jkompli bil-provi tal-missili biex jibni d-difiża tiegħu  filwaqt li ċaħad li qed jikser ir-riżulozzjonijiet tan-Nazzjonijiet Magħquda. Is-Segretarju Amerikan Mike Pompeo ikkundanna dak li sejjaħlu l-ittestjar ta’ missili ballisitiċi ta’ medda medja li fil-fehma tiegħu qed imorru kontra l-ftehim internazzjonali li sar fl-2015 dwar il-programm nukleari Iranjan.

L-Iran ripetutament qal li l-programm tal-missili tiegħu huwa purament difensiv u ċaħad li l-missili tiegħu jistgħu jiġu miżjuda b’testata nukleari, jew li għandu xi intenzjoni li jiżviluppa armi nukleari permezz tal-arrikkiment tal-uranju.