L-Iran jeħles suldati Amerikani miżmuma taħt arrest

Il-Gwardji Rivoluzzjonarji tal-Iran ħelsu lil għaxar suldati Amerikani li kienu ilhom miżmuma taħt arrest mill-bieraħ wara li l-vapur militari tagħhom daħal f’baħar Iranjan fil-Golf Għarbi.
Mal-arrest tagħhom, l-Iran saħaq għal apoloġija mill-Istati Uniti li waslet kmieni dalgħodu.
L-inċident seħħ fi żmien sensittiv meta l-istess Stati Uniti u l-Iran qed jippruvaw jimplimentaw ftehim marbut mal-ħidma nukleari tal-Iran.
Il-proċess biex jibdew jitneħħew is-sanzjonijiet fuq l-Iran mistenni jibda lejn l-aħħar ta’ din il-ġimgħa.