L-Iran jakkuża lill-Amerika li ġiet għall-UN bla kisbiet

REUTERS/Brendan Mcdermid

Il-President Iranjan Hassan Rouhani qal li l-Amerika ma kelliex kisbiet x’turi għall-apparenza tagħha fl-Assembleja Ġenerali tal-Nazzjonijiet Magħquda din il-ġimgħa.

Nhar it-Tlieta fl-indirizz annwali tiegħu għal din l-Assembleja Ġenerali , il-President Donald Trump qal li l-Iran huwa dittatorjat korrott li l-mexxejja tiegħu joħolqu kaos, imwiet u distruzzjoni. Nhar l-Erbgħa, Trump qal li Washington se tkompli teżerċita s-sanzjonijiet kontra r-Republika Iżlamika.

Dan filwaqt li l-President Iranjan f’konferenza tal-aħbarijiet qal li meta Trump tkellem dwar dak li għamel hu f’ dawn l-aħħar sentejn, kulħadd daħak. Huwa qal li l-iktar ħaġa importanti hi li, apparti minn xi żewġ pajjiżi, ħadd ma qed jagħti s-sapport tiegħu lill-Amerika.