L-Iran b’risposta qawwija kontra l-Amerika

L-Iran lest jirreaġixxi b’mod qawwi jekk Washington tipprova timblokka l-esportazzjonijiet taż-żejt Iranjan, il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Iranjan qal iktar kmieni llum, filwaqt li l-Kap tal-Forzi Armati tar-Repubblika Iżlamika qal li t-theddid tal-Istati Uniti jwassal għal reazzjoni “inkonċepibbli u ta’ dispjaċir”.

L-uffiċjali tal-Istati Uniti qed iżidu l-isforzi diplomatiċi biex ipoġġu l-pressjoni fuq il-pajjiżi sabiex iwaqqfu l-importazzjoni taż-żejt Iranjan.

“Jekk l-Amerika trid tieħu pass serju f’din id-direzzjoni, definittivament se tiltaqa’ ma’ reazzjoni u kontromiżuri ugwali mill-Iran”, kelliem tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, Bahram Qassemi, qal mill-aġenzija tal-aħbarijiet statali IRNA.