L-iPhone jista’ jsolvi l-misteru taż-żgħażagħ li sparixxew il-baħar

iPhone li nstab f’dgħajsa maqluba f’Bermuda fl-Oċean Atlantiku jista’ jsolvi l-misteru taż-żewġ żgħażagħ subien t’14-il sena li sparixxew il-baħar.
L-iPhone, li nstab miksi sadid 1,000 mil ‘il bogħod minn Bermuda, jista’ jipprovdi ħjiel ta’ x’ġara lil Perry Cohen u Austin Stephanos.
Esperti tal-Apple qalu li se jeżaminaw il-mowbajl biex jippruvaw jiskopru x’ġara liż-żewġ subien, li dehru l-aħħar fl-24 ta’ Lulju, hekk kif telqu minn Jupiter fi Florida biex jistadu.
Id-dgħajsa li kienu fuqha stabet ix-xahar li għadda, madwar 100 mil ‘il bogħod minn Bermuda. L-investigaturi issa qed jiskopru informazzjoni ġdida, li wasslithom biex jissusspettaw li kien hemm ċirkostanzi suspettużi.
Il-Kummissjoni tal-Ħut u tal-Annimali Selvaġġi ta’ Florida qalet li ż-żewġ żgħażagħ dehru f’inkwiet dakinhar li sparixxew u jumejn wara reġgħu dehru.
Ilbieraħ, disa’ xhur wara li sparizzew is-subien, il-familji tagħhom aċċettaw li jagħtu permess lil Apple jeżaminaw l-iPhones taż-żgħażagħ.