L-iPhone 6 se jasal fid-9 ta’ Settembru

Skont rapporti internazzjonali, l-iPhone 6 se jitnieda fid-9 ta’ Settembru.  Hu mifhum li Apple skedat “attività speċjali” għal dakinhar.
It-tieni ġimgħa ta’ Settembru taħbat ukoll id-data li fiha l-Apple normalment tniedi l-prodotti ġodda tagħha.
Is-sena l-oħra, il-kumpanija niedet l-iPhone 5S u 5C fl-10 ta’ Settembru u xahar wara rajna wkoll il-wasla tal-iPad Air. Rapporti jgħidu li t-tieni ġenerazzjoni tal-iPad Air ħa tasal f’Novembru ta’ din is-sena.
Hu mifhum ukoll li l-iPhone 6 se jkollu żewġ daqsijiet ġodda, wieħed ta’ 4.7 pulzier u ieħor ta’ 5.5 pulzier, li jieħu l-forma ta’ phablet, jiġifieri smartphone li jista’ wkoll jintuża’ bħala tablet minħabba d-daqs kbir tiegħu.