L-investiment fl-enerġija bejn Malta u ċ-Ċina se jkun suċċess – PM

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-pjani ta’ investiment dwar l-enerġija bejn Malta u ċ-Ċina, għandu l-għan li Malta tikseb 100MW ta’ enerġija ġġenerata mill-farms solari u 200MW ta’ enerġija ġġenerata mir-riħ.
Waqt li kien qed jindirizza l-konferenza Eco-Forum Global Annual Conference fiċ-Ċina, il-Prim Ministru qal li permezz tal-esperjenza ta’ Shanghai Electric Power u l-liġijiet tal-Unjoni Ewropea dwar il-kompetizzjoni u s-swieq, dan l-investiment se jkun suċċess.
Dr Joseph Muscat kien wieħed fost għadd ta’ dinjitarji, inkluż kapijiet ta’ stati u eks-kapijiet ta’ Gvernijet li ħa sehem f’din il-konferenza.
Hu tkellem ukoll fil-workshop dwar il-Green Silk Route, li kien indirizzat fost l-oħrajn mill-eks Prim Ministru tal-Awstralja Kevin Rudd. 
Ritratt: DOI – Jeremy Wonnacott