“L-inugwaljanzi huma inġusti fuq dawk impattati iżda wkoll lejn is-soċjetà kollha kemm hi”

Il-Grupp MAPFRE jipparteċipa fl-inizjattiva tan-Nazzjonijiet Uniti dwar ugwaljanza bejn is-sessi

Read in English.

“L-inugwaljanzi huma inġusti fuq dawk l-individwi soġġetti għalihom iżda wkoll ta’ ħsara għas-soċjetà kollha. In-nisa jirrappreżentaw nofs il-popolazzjoni globali, u ma nistgħux ninjoraw it-talenti li joffru. Flimkien, nistgħu nagħmlu aktar, u soċjetà aktar ġusta hija ta’ benefiċċju għal kulħadd.”

Dan kien il-messaġġ mill-President u l-Kap Eżekuttiv ta’ MAPFRE Antonio Huertas, waqt il-parteċipazzjoni tiegħu fis-summit tan-Nazzjonijiet Uniti (UN) Global Compact Leaders Summit fejn aktar minn 170 kumpanija globali tkellmu dwar l-istrateġiji tas-suċċess tagħhom u l-aħjar mod kif tkun żgurata l-ugwaljanza bejn is-sessi fid-dinja tan-negozji.

Il-Grupp MAPFRE qed jipparteċipa fil-Patt Globali tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iżvilupp Sostenibbli fil-Programm dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, immirat biex jilħaq il-mira tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi għall-2020-2021, partikolarment f’termini tal-promozzjoni tat-tmexxija tan-nisa fin-negozju u l-ekonomija.

Parteċipazzjoni f’dan il-patt jikkontribwixxi għall-ħames għan dwar l-iżvillup sostennibli, dwar opportunitajiet indaqs, li jitlob rappreżentanza, parteċipazzjoni u tmexxija ugwali għan-nisa fin-negozji madwar id-dinja. Il-Grupp MAPFRE kellu wkoll l-opportunità li jkun parti minn grupp magħżul ta’ kumpaniji li jitkellmu dwar l-esperjenza tagħhom biex jagħmlu progress fil-qasam ta’ opportunitajiet ugwali, fejn tkellmu dwar l-isfidi u r-riżultati.

Antonio Huertas qasam il-messaġġ li l-Grupp MAPFRE jemmen fl-ugwaljanza bejn is-sessi u il-prattiċi li jħaddan il-Grupp kapaċi jkunu ta’eżempju għall-negozji oħra.

40% tal-karigi maniġerjali ta’ MAPFRE okkupati minn nisa

B’impjegati f’aktar minn 40 pajjiż, u reġistrat bħala kumpanija għal 90 sena, il-Grupp MAPFRE iħaddan impenn etiku u soċjali b’saħħtu. Il-President u l-Kap Eżekuttiv ta’ MAPFRE,

enfasizza li l-ebda negozju ma jista’ jirnexxi mingħajr l-etika. Hu qal li l-kumpaniji huma responsabbli biex jaraw li l-għan tal-ugwaljanza jinkiseb u li l-Grupp MAPFRE ħadem bla heda għal dan l-għan. 55% tal-ħaddiema tal-Grupp huma nisa u it-talenti tagħhom huma apprezzati.

Fl-2019, il-kumpanija ssodisfat l-impenn pubbliku tagħha biex b’hekk 40% tal-karigi tat-tmexxija jkunu mimlija minn nisa. Għall-2021, sar impenn pubbliku biex ikun zgurat li mill-inqas 45% tal-karigi tat-tmexxija ikunu mimlija minn nisa.

Viżibilità akbar

“Sakemm in-nisa jkunu verament involuti fid-dinja tax-xogħol, qed nitilfu ħafna opportunitajiet,” qal Antonio Huertas waqt id-diskors tiegħu fis-Summit tan-Nazzjonijiet Uniti. “Huwa importanti li tizdied il-viżibbiltà tat-tmexxija tan-nisa biex dan iservi ta’ inspirazzjoni għal-nisa oħra. L-irġiel huma parti mis-soluzzjoni u rridu nmexxu l-ugwaljanza flimkien,” hu qal.

Aġenda 2030

L-impenn tal- Grupp MAPFRE favur l-ugwaljanza huwa parti mill-Pjan ta’ Sostenibbiltà 2019–2021, li għandu l-għan li jqiegħed lil MAPFRE bħala punt ta’ riferiment għal trasparenza, sostenibbiltà u fiduċja, li bih il-klijenti, l-impjegati u s-soċjetà b’mod ġenerali jassoċjaw il-kumpanija ma’ impenn għal żvilupp sostenibbli, u li l-azzjonisti u l-investituri jaqsmu l-viżjoni tagħhom ta’ ħolqien ta’ valur fit-tul.

Bħala riżultat tal-impenn tagħha favur l-ugwaljanza u l-kontribut għall-Aġenda 2030 għall-iżvilupp sostenibbli, MAPFRE reċentement adotta  il-prinċipji Women’s Empowerment Principles, stabbiliti minn UN Women, organizzazzjoni fi ħdan il-UN, ddedikata għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi. Dawn il-prinċipji  s’issa kienu adottati minn 3,139 kumpanija madwar id-dinja.