L-inugwaljanza fid-dinja qed tonqos

Fl-aħħar ġimgħa il-Papa Franġisku għamel stqarrijiet b’saħħithom dwar l-ekonomija u li fihom irrifera għal żjieda sistematika u endemika fl-inugwaljanza.  Din hi tema kontinwa għall-Vatikan u kienet enfasizzata ripetutament ukoll mill-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi.
Hi ħaġa komuni li n-nies jaħsbu li l-inugwaljanza qed tiżdied. Għal mistoqsijiet bażiċi fi kwestjonarju dwar it-tnaqqis fil-faqar fl-illitteriżmu u l-ugwaljanza, 90% tal-gradwati taw riżultati żbaljati.
Dan in-nuqqas ta’ għarfien dwar il-progress uman għandu sinjifikat għax jekk wieħed jassumi li l-affarijiet huma agħar milli verament huma, titfassal politika żbaljata li jistgħu jkomplu jitfgħu lura lil min hu fqir.
Bħala Kattoliċi għandna nieħdu perspettiva globali. Globalment l-inugwaljanza qed tonqos u hekk se jibqa’ jiġri almenu sas-sena 2035 b’riżultat tal-globaliżazzjoni. L-integrazzjoni fl-ekonomija tad-dinja, kif kien qal il-Papa Ġwanni Pawlu II fiċ-“Centesimus Annus” wasslet biex pajjiżi fqar jikbru aktar malajr filwaqt li l-pajjiżi sinjuri kibru b’rqata anqas mgħaġġla.
Min-naħa l-oħra hu veru li f’ċerti pajjiżi l-inugwaljanza żdiedet kif kien mistenni. Din hi għolja ħafna f’pajjiżi fl-Amerika t’Isfel u fl-Afrika fejn il-gvernijiet għandhom rwol ċentrali fl-ekonomija. Interventi mill-gvernijiet li jżidu l-inugwaljanza mhux il-politika li jixtieq jara l-Papa.  Policies favur enerġija nadifa li l-Papa tant jisħaq dwarha huma tajbin fihom infushom.
Meta wieħed iqis ir-riżultati ħżiena tal-indħil tal-Gvern f’ekonomiji li qed jiżviluppaw, il-Papa ħaqqu kull tifħir meta qal li s-soċjeta’ ċivili għandha tagħti sehemha billi tiċċiviliżża kemm lill-Gvernijiet kif ukoll is-swieq.