L-introduzzjoni ta’ Chivas 12 Made for Gentlemen minn Globe-Trotter

L-artiġġjanat, il-ġenerożità u l-passjoni għall-ivvjaġġar huma fil-qalba tal-kollaborazzjoni l-ġdida ta’ bejn il-marki lussużi Ingliżi – Chivas Regal u Globe-Trotter.
Il-Globe-Trotter, rinomata għal disinji ta’ bagalji lussużi, issieħbet ma’ Chivas biex tiddisinja tliet oġġetti kollezzjonabbli għal dawk li jħobbu l-wiski u l-ivjaġġar – il-landa b’edizzjoni limitata ta’ Chivas 12 ‘Made for Gentlemen’ minn Globe-Trotter, kollezzjoni limitata ta’ bagalji ta’ 20 pulzier ta’ Chivas 12 ‘Made for Gentlemen’ minn Globe-Trotter, u senduq ta’ Chivas 12 ‘Made for Gentlemen’ minn Globe-Trotter li jsir fuq ordni tal-individwu.
Il-landa għar-rigal ta’ Chivas 12 ‘Made for Gentlemen’ minn Globe-Trotter, b’edizzjoni limitata, tinkludi flixkun tal-wiski ta’ Chivas 12 u turi storja mistħajla fuq l-ivvjaġġar internazzjonali. B’ispirazzjoni mit-tradizzjoni tat-twaħħil tal-istickers mal-bagalji li juru d-destinazzjonijiet li tkun mort fihom, ġew impinġija sett stickers bl-idejn mill-illustratur Ingliż Andrew Davidson li, minbarra li jfakkru bliet ikoniċi, isebbħu d-disinn kontemporanju tal-landa.
Il-bagalja ta’ 20 pulzier ta’ Chivas 12 ‘Made for Gentlemen’ hi l-ewwel waħda tax-xorta tagħha li qatt saret minn Globe-Trotter, u tfasslet biex taqdi l-ħtiġijiet tal-irġiel moderni meta jmorru għal vjaġġi qosra. Il-qies tagħha hu tajjeb biex tinġarr u tittella’ fil-kabina tal-ajruplani tal-linji internazzjonali kollha u d-dehra eleganti tagħha toħroġ ukoll mid-disinn innovattiv ta’ Globe-Trotter u Chivas. Il-materjal tagħha huwa ħamrani u b’saħħtu ħafna. Għandha wkoll pumi tal-injam, hardware tar-ram u minn ġewwa miksija bil-ġilda.
L-avveniment tat-tnedija sar fit-28 ta’ Ottubru fil-Quarterdeck Bar, il-Hilton. Is-serata kienet organizzata minn Farsons Beverage Imports Company (FBIC) Ltd, importaturi u distributuri ta’ Chivas Regal f’Malta. Kienet suċċess u matulha ttella’ premju għal waħda mill-bagalji ta’ edizzjoni limitata ta’ Chivas 12 ‘Made for Gentlemen’. Tul is-serata sservew cocktails biċ-Chivas, fosthom il-cocktail ewlieni ta’ Chivas/Globe-Trotter ‘The Maximilian’, biex jikkommemora din il-kollaborazzjoni.