​“L-intimidazzjoni tal-midja mhix aċċettabbli” – FZD

L-Ewroparlamentari Nazzjonalista Francis Zammit Dimech saħaq li l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ġurnalisti jridu jitjiebu u li l-intimidazzjoni tal-midja mhix aċċettabbli.  Semma pressjoni u abbuż mhux biss b’mod fiżiku imma anke b’metodi bħal trolling, hate speech u abbuż psikoloġiku.

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=Io3nFTI0mtQ]

Huwa għamel dawn ir-rimarki waqt laqgħa tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni fil-Parlament Ewropew fi Brussell, li hu responsabbli wkoll għall-midja.
Ikkundanna indikazzjonijiet riċenti fejn il-Bank Pilatus kien qiegħed jhedded lill-midja b’kawżi fl-Istati Uniti.
Hu qal li l-Istat irid ikun proattiv biex jassigura li l-ġurnalisti, speċjalment dawk investigattivi jkunu protetti f’xogħolhom u ma jkunx hemm tfixkil fl-aċċess għall-informazzjoni speċjalment f’dik li tinteressa l-pubbliku.
Il-ġimgħa li għaddiet, Zammit Dimech, iltaqa’ mal-ġurnalisti u l-midja Maltija biex jisma’ l-isfidi li qed jaffaċċjaw. Huwa ppreżenta dawn l-isfidi fil-Parlament Ewropew.