L-intervista tal-ġimgħa mal-Perit Michael Falzon, Eks Membru Parlamentari

GĦADA FUQ NEWSBOOK: Fl-intervista tal-ġimgħa fuq Newsbook, il-Perit Michael Falzonjispjega x’ żammu involut fil-politika. Jintalab jirreġixxi għall-protesta tal-Oppożizzjoni fil-Parlament nhar it-Tlieta u jevalwa kif qed topera l-Oppożizzjoni Nazzjonalista issa li għandha tmexxija ġdida. U kif iħares lejn Dr Simon Busuttil bħala Kap tal-Partit? Jaħseb li Busuttil jaħdem ma’ kulħadd? Hu lest jaħdem miegħu?

F’ħarsa lejn il-Gvern Laburista kemm ilu fil-poter fl-aħħar tmien xhur, fl-intervista mal-ġurnalist Karl Wright,il-Perit Falzon jintalab jelenka deċiżjonijiet li jara tajbin u oħrajn li jara ħżiena. Jiddeskrivi wkoll lil Dr Joseph Muscat bħala Prim Ministru. Fost oħrajn, jintalab  jispjega l-istess kummenti li hu għadda pubblikamentdwar l-omelija tal-Arċisqof nhar l-Indipendenza fuq il-fibra morali ta' Malta. 

Dwar dan kollu u aktar, iwieġeb il-Perit Michael Falzon fl-intervista tal-ġimgħa fuq Newsbook.com.mt il-Ħadd filgħodu.

Ħalli l-kummenti tiegħek hawn taħt.