L-intervista tal-ġimgħa mal-Perit Karmenu Vella

GĦADA FUQ NEWSBOOK: Fl-intervista tal-ġimgħa, Karmenu Vella jitkellem dwar il-Manifest Elettorali tal-Partit Laburista, li tiegħu kien il-Koordinatur. Jgħid li hu dokument imfassal mis-soċjetà ċivili kollha u jirrifletti l-esiġenzi tal-lum. Mistoqsi jwieġeb għaliex wara tħejjija ta’ tliet snin, il-manifest kien ippubblikat xahar wara ftuħ il-kampanja elettorali, Karmenu Vella wieġeb li l-partit għażel li jniedi l-programm ftit ftit jum wara jum.

Karmenu Vella jintalab iwieġeb kemm hu manifest elettorali kredibbli meta, jekk il-Partit Laburista jirbaħ il-Gvern, se jkun qed jimplimenta medja ta’ miżura kull jumejn. Suġġetti oħra mistħarrġa f’din l-intervista jinkludu l-bidliet fil-Kostituzzjoni ta’ Malta, is-separazzjoni bejn il-Knisja u l-Istat, il-libertajiet ċivili u l-unjonijiet ċivili, l-addozzjoni tat-tfal u x-xandir nazzjonali.

L-intervista sħiħa tkun aċċessibbli fuq newsbook.com.mt għada filgħodu.

Ħalli l-kummenti tiegħek hawn taħt.