L-intervista tal-ġimgħa mal-Kap Nazzjonalista, Dr Lawrence Gonzi

L-intervista tal-ġimgħa fuq Newsbook għada tlaqqagħna mal-Prim Ministru u Kap Nazzjonalista Dr Lawrence Gonzi

Ftit jiem biss qabel l-elezzjoni ġenerali tad-9 ta’ Marzu, Dr Lawrence Gonzi iwieġeb jekk jaqbilx li l-kampanja elettorali kienet maħmuġa u li hu qed ibeżża’ bil-passat u jxerred politika ta’ negattività. Dr Gonzi jwieġeb ukoll jekk fl-aħħar ħames snin kienx Prim Ministru ta’ kulħadd jew ta’ xi klikka, kif hemm min jiddeskrivih.

Iffaċċjat minn sensiela ta’ deċiżjonijiet fl-aħħar leġislatura li tellfuh ħafna popolarità u li ma niżlux tajjeb man-nies, bħall-kontijiet tad-dawl u l-ilma u l-Arriva, Dr Gonzi jistqarr li sakemm dan hu veru, hemm ħafna iżjed kisbiet pożittivi għalxiex se tibqa’ magħrufa dil-leġislatura.

Jintalab ukoll jgħid xi tkun l-ewwel ħaġa li jagħmel jekk jirbaħ il-Gvern u xi tkun l-ewwel ħaġa li jagħmel fil-partit jekk jitlef l-elezzjoni.

Il-Prim Ministru u Kap Nazzjonalista, Dr Lawrence Gonzi, iwieġeb ukoll dwar ir-relevanza irrelevant ta’ Dr Franco Debono, u dwar diversi proposti li qed iressaq ‘il quddiem il-PN, fosthom dik dwar bidla fil-Kostituzzjoni, civil partnership u adozzjoni tat-tfal minn koppji tal-istess sess. Dan minbarra li saħaq dwar ix-xogħol, l-edukazzjoni u s-saħħa li qal li huma pediment għat-tkattir tas-suċċess tal-pajjiż fis-snin li ġejjin.

L-intervista sħiħa – il-Ħadd fuq newsbook.com.mt

Ħalli l-kummenti tiegħek hawn taħt.