L-intervista tal-ġimgħa mal-Kap Eżekuttiv tal-isptar Mater Dei

Fl-intervista tal-ġimgħa fuq Newsbook, il-ġurnalist Karl Wright jitlaq mir-realtà kiefra ta’ iżjed immigranti jitilfu ħajjithom fil-baħar, inkluż każ fil- jiem li għaddew li ra 24 katavru jiddaħħal Malta.
B’liema mod każ bħal dan jaffettwa r-riżorsa umana fl-isptar Mater Dei? U kif jitħejja l-isptar għal tali eventwalitajiet?
Quddiem il-kumment ta’ ħafna li l-immigranti spiċċaw numru, mingħajr rispett lejn id-dinjità  umana tagħhom, x’riflessjoni ssir mill-Kap Eżekuttiv ta’ Mater Dei dwar it-trattament lill-pazjenti fl-isptar?
Dwar dan u aktar iwieġeb Ivan Falzon fl-intervista tal-ġimgħa fuq Newsbook.com.mt il-Ħadd filgħodu.