L-intervista tal-ġimgħa maċ-Chairman tal-Fondazzjoni Valletta 2018, Jason Micallef

GĦADA FUQ NEWSBOOK: Fl-intervista tal-ġimgħa fuq Newsbook, Jason Micallef jgħid jekk kienx qed jistenna li jinħatar Chairman tal-Fondazzjoni Valletta 2018 u jispjega x'kompetenzi jqis li għandu biex iservi f'din il-kariga u x'jinvolvi eżattament l-irwol tiegħu. Jispjega wkoll x'jara li għandu jistenna ċ-ċittadin Malti Ewropew fl-2018.

Micallef jintalab jikkummenta mill-ġurnalist Karl Wright dwar id-diċerija li Lou Bondi kien avviċinat mill-Gvern biex jagħti sehmu fil-bord tal-Gvernaturi. Iwieġeb ukoll jekk hux veru li hemm affarijiet ġodda jinħmew għat-tmexxija ta' dal-proġett, permezz tal-Bord tal-Gvernaturi. U kemm jitħallas hu u l-membri tal-Bord? U kif se jintużaw il-ħiliet ta' David Felice, li serva qabel Micallef bħala Chairman tal-istess Fondazzjoni?

Jason Micallef jirreaġixxi wkoll għall-allegazzjoni tal-PN li l-ħatra tiegħu kienet mossa biex ikunu riżolti kwistjonijiet personali bejnu u bejn il-Prim Ministru, Dr Joseph Muscat. 

Jason Micallef, ftit jiem wara l-elezzjoni appella biex iwarrbu minn posthom is-CEO u l-editur tal-aħbarijiet tal-PBS, allegatament Nazzjonalisti akkaniti. Bl-istess kejl, hu mhux Laburist akkanit? Jason Micallef iwieġeb…

L-intervista sħiħa tkun aċċessibbli l-Ħadd filgħodu fuq Newsbook.com.mt

Ħalli l-kummenti tiegħek hawn taħt.