L-intervista tal-ġimgħa ma’ Trevor Zahra

GĦADA FUQ NEWSBOOK: Fl-intervista tal-ġimgħa fuq Newsbook.com.mt, il-ġurnalist Karl Wright jistaqsi lill-awtur Trevor Zahra x’wasslu biex jikkummenta fuq il-midja soċjali dwar dik li jsejjaħ ‘stramberija’ f’ċerti ismijiet li qed jingħataw it-trabi.
Jistaqsih dwar ir-reazzjonijiet li kellu għall-kumment li kiteb u min jaħseb li għandu jieħu din il-ħaġa fuq l-aġenda tiegħu b’ċertu serjetà.
Trevor Zahra jwieġeb dwar kif jaħseb li ċertu ismijiet huma redikoli fil-kuntest ta’ pajjiżna u x’jara li hi t-triq 'il quddiem.