L-intervista tal-ġimgħa ma’ Rowena Enriquez, li għexet il-kanċer

GĦADA FUQ NEWSBOOK: Fl-intervista tal-ġimgħa fuq Newsbook, Rowena Enriquez, mit-taqsima tal-young survivors fi ħdan l-organizzazzjoni Europa Donna Malta, tagħti l-esperjenza tagħha wara li mardet bil-kanċer.
 
Fl-intervista, il-ġurnalist Karl Wright jitkellem ma’ Rowena, li iġġieldet il-marda biex tirbaħ hi u l-familja tagħha. Tirrakkonta mhux biss it-tbatija fiżika tagħha u l-bidla fir-rutina ta’ ħajjitha, imma t-tbatija emozzjonali fir-reazzjoni tat-tifla tagħha – li dak iż-żmien kellha biss tliet snin.
 
Rowena twieġeb ukoll dwar kif mara għandha tiċċekkja lilha nnifisha u mil-liema eta, anki jekk fil-familja ma kien hemm ħadd li marad bil-kanċer tas-sider. Titkellem ukoll dwar is-sapport u t-tagħrif li hawn u li hu maħsub biex iqajjem kuxjenza dwar din il-marda.
 
Għada fid-9am Europa Donna Malta qed torganizza mixja mill-Floriana sa Ta’ Sliema sabiex tinħoloq iżjed kuxjenza dwar dan il-kanċer tas-sider. Kulħadd mistieden jieħu sehem.
 
Dwar dan kollu u aktar, twieġeb Rowena Enriquez fl-intervista tal-ġimgħa fuq Newsbook.com.mt il-Ħadd filgħodu.
 
Filmat: Media Centre Limited