L-intervista tal-ġimgħa ma’ refuġjat u missier

GĦADA FUQ NEWSBOOK: Fl-intervista tal-ġimgħa fuq Newsbook.com.mt, il-ġurnalist Karl Wright jiltaqa’ mar-refuġjat Ayuub Abdilqaadir qabel ma nhar l-Erbgħa, flimkien ma’ oħrajn, ħalla Malta bil-familja tiegħu lejn l-Amerka.
F’dan tmiem il-ġimgħa li jfakkar il-Jum Dinji tar-Refuġjati u anki Jum il-Missier, ma’ Newsbook.com.mt, Ayuub jintalab jirrakkonta kif spiċċa Malta, kif kienet l-esperjenza tiegħu f’dan il-pajjiż, kif bena familja u sab ix-xogħol.
Iwieġeb ukoll dwar is-sentimenti tiegħu fil-mument li qabel ħalla Malta biex jibda ħajja ġdida fl-Amerka.
Jagħti wkoll il-messaġġ tiegħu lill-missirijiet fil-jum iddedikat lilhom.