L-intervista tal-ġimgħa ma’ Noel Aquilina, Direttur Sportiv u Persuna B’Diżabilita

GĦADA FUQ NEWSBOOK: Fl-intervista tal-ġimgħa fuq Newsbook, il-ġurnalist Karl Wright jitkellem ma’ Noel Aquilina, li minkejja li hu persuna b’diżabilita, huwa Direttur Sportiv tal-organizzazzjoni non-governattiva Breaking Limits. Jgħid li d-diżabilita tiegħu jużaha bħala għodda ta’ motivazzjoni u ispirazzjoni għal ħaddieħor. Fi kliemu, l-aċċenn għandu jkun fuq l-abbilta u mhux fuq id-diżabilita.
 
Noel Aquilina jintalab jikkummenta dwar l-appoġġ u s-sensittivita li mill-esperjenza tiegħu jidhirlu li qed tingħata fuq il-postijiet tax-xogħol u fil-bqija tas-soċjeta. Jikkummenta wkoll dwar is-sehem tiegħu b’suċċess fin-nofs maratona ta’ 21 kilometru u l-attivitajiet sportivi li jorganizza għal kulħadd, konxju ħafna mill-aspett ta’ inklussivita.
 
Jagħti wkoll l-appell tiegħu lill-persuni b’diżabilita u anki lis-soċjeta in ġenerali. Jesprimi x-xewqa li kulħadd jagħraf japprezza aħjar l-irwol ta’ kull individwu fis-soċjeta.
 
Dwar dan kollu u aktar, iwieġeb Noel Aquilina fl-intervista tal-ġimgħa fuq Newsbook.com.mt il-Ħadd filgħodu.
 
Filmat: Media Centre Limited