L-intervista tal-ġimgħa ma’ Mark Bonello mill-FKNK

Fl-intervista tal-ġimgħa fuq Newsbook, il-ġurnalist Karl Wright għada jistaqsi lil Mark Bonello x’wassal lill-Federazzjoni biex tipprova żżomm ir-referendum milli jsir. Mill-aspett politiku, Bonello jwieġeb x’fisser għall-FKNK li l-Prim Ministru qal kif se jivvota. 
Fl-intervista jingħataw ukoll tweġibiet dwar l-impatt tar-referendum fuq il-minoranzi, dwar it-tfassila tal-mistoqsija tar-referendum, dwar id-direzzjoni li l-FKNK se tagħti lill-membri tagħha u dwar it-turnout mistenni dakinhar tal-11 t’April 2015. Ma jonqsux ukoll kummenti dwar il-fehma tal-FKNK għall-vot ta’ min għandu bejn 16 u 18-il sena, u anki dwar inqas jew iktar polarizzazzjoni li se jġib miegħu r-referendum fix-xenarju tal-kaċċa u l-ambjent naturali f’pajjiżna.