L-intervista tal-ġimgħa ma’ Malcolm Bray, ekonomista

GĦADA FUQ NEWSBOOK: Fl-intervista tal-ġimgħa fuq Newsbook, il-ġurnalist Karl Wright jirreferi għall-fenomenu tar-roħs fil-prezz internazzjonali taż-żejt. Minbarra tifsir tat-terminu ‘hedging’ u l-vantaġġ u r-riskju li fih meta applikat, l-ekonomista Malcolm Bray jagħti l-analiżi tiegħu dwar kif intlaqtet Malta f’dak li jikkonċerna prezzijiet tal-fuel. 
Fl-intervista, l-ekonomista jintalab jgħid x’tip ta’ trasparenza teżisti f’pajjiżna fil-qasam tal-fuel u x’forma ta’ dibattitu pubbliku għandna nħarsu lejh, speċjalment f’dak li jikkonċerna l-kompetizzjoni li potenzjalment tieħu post il-monopolju li għadu jikkaratterizza s-sitwazzjoni.
Dwar dan u aktar iwieġeb l-ekonomista Malcolm Bray fl-intervista tal-ġimgħa fuq Newsbook.com.mt il-Ħadd filgħodu.