L-intervista tal-ġimgħa ma’ Louise Bugeja

GĦADA FUQ NEWSBOOK: Fl-intervista tal-ġimgħa fuq Newsbook.com.mt, il-ġurnalist Karl Wright jiltaqa’ mal-qabla Louise Bugeja ftit jiem qabel ma jitfakkar il-jum internazzjonali ddedikat lill-qwiebel u l-jum internazzjonali li jfakkar fis-saħħa mentali tal-ommijiet. Hija twieġeb dwar ir-rwol tal-qwiebel li ħafna drabi jiġi assoċjat biss mat-twelid tat-tarbija. Filwaqt li l-aspett fiżiku tal-omm u tat-tarbija jingħata l-attenzjoni li tixraqlu, Bugeja titkellem dwar il-ħtieġa tal-attenzjoni għall-aspett mentali u emozzjonali. Issemmi wkoll l-ħtieġa tal-għarfien dwar kif dan kollu japplika wkoll għall-missirijiet.
Fost oħrajn, jissemmew ukoll is-servizzi li jagħtu sapport fejn meħtieġ.