L-intervista tal-ġimgħa ma’ Joseph Grech dwar proposta għal transport b’ferrovija taħt l-art

GĦADA FUQ NEWSBOOK: Fl-intervista tal-ġimgħa fuq Newsbook, il-ġurnalist Karl Wright jitkellem ma’ Joseph Grech, Malti li għex għal 15-il sena fil-Kanada u li għal tant snin ħaseb kif is-sitwazzjoni tat-trasport f’Malta tista’ tissolva. Jgħid li resaq fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru bil-proposta tiegħu għal Master Plan ta’ Subway b’servizz ta’ ferroviji taħt l-art. Ifisser li hu proġett li hu maħsub li jista’ jsir fuq madwar seba’ fażijiet, b’waqfa fejn isir dħul u ħruġ ta’ passiġġiera f’kull raħal f’Malta.
Joseph Grech jantiċipa li dan is-servizz jikkumplimenta tajjeb ħafna s-servizzi eżistenti ta’ trasport pubbliku fuq l-art. Ikompli li l-politiċi għandhom jiddiskutu l-ideat tiegħu.
Dwar dan kollu u aktar, iwieġeb Joseph Grech fl-intervista tal-ġimgħa fuq Newsbook.com.mt il-Ħadd filgħodu.

Filmat: Media Centre Limited