L-intervista tal-ġimgħa ma’ Fr Savio Vella sdb

GĦADA FUQ NEWSBOOK: Karl Wright jintervista lil Fr Savio Vella sdb, Direttur tad-Dar Osanna Pia li tilqa’ fiha żgħażagħ normalment referuti minn diversi istituzzjonijiet bħall-APPOĠĠ. F’din id-dar semi-indipendenti huma jitgħallmu jgħixu f’komunita u jingħataw il-ħiliet meħtieġa, inkluż dawk akkademiċi u multi-dixxiplinari. Fr Savio jitkellem dwar l-operat tad-Dar, l-isfidi li jiffaċċjaw is-Salesjani li jmexxuha, minn fejn iġibu l-fondi, anki sforz ta’ ħidma konġunta mal-Gvern.

Fr Savio jwieġeb ukoll dwar il-mixja li jagħmlu ż-żgħażagħ minn din id-dar semi-indipendenti għal ħajja totalment indipendenti. Jiġi mitlub ukoll jamplifika dwar il-proġett li qed jaħmu fuqu s-Salesjani b’Dar qrib Osanna Pia – id-Dar Mamma Margerita.

L-intervista sħiħa tkun aċċessibbli fuq Newsbook.com.mt għada filgħodu.

Ħalli l-kummenti tiegħek hawn taħt.