L-intervista tal-ġimgħa ma’ Fr Joe Borg

GĦADA FUQ NEWSBOOK: Fl-intervista tal-ġimgħa fuq Newsbook.com.mt, il-ġurnalist Karl Wright jiltaqa’ mal-lecturer, opinjonista u espert fil-media, Fr Joe Borg. Jitkellem miegħu dwar il-valutazzjoni li jagħti lill-politika f’pajjiżna. Jiddiskutu l-każ tar-riżenja ta’ Dr Joe Cassar mill-Parlament, mix-xena politika u mill-ħajja pubblika. Fr Joe Borg jgħid tiegħu dwar x’jaħseb li jfixkel il-politika Malti, dwar jekk din ir-riżenja ġabitx standards ġodda fil-poltika Maltija u dwar il-proposta tal-Oppożizzjoni għat-twaqqif ta’ uffiċċju ta’ Kummissarju għall-Imġieba Xierqa fil-Ħajja Pubblika li jaġġorna wkoll fejn meħtieġ il-Kodiċi ta’ Etika ta’ persuni li jservu fil-ħajja pubblika.