L-intervista tal-ġimgħa ma’ Dr Simon Busuttil

GĦADA FUQ NEWSBOOK: Fl-intervista tal-ġimgħa, Dr Simon Busuttil jgħid li t-tellieqa għall-kariga ta’ Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista hi dwar l-ikbar sfida għall-PN – l-isfida tal-elezzjoni ġenerali. Dr Busuttil jgħid li l-Prim Ministru Lawrence Gonzi qabel li hu kellu jitfa n-nomina. Jgħid għaliex ħass li kellu jikkontesta u x’ikun ifisser jekk jintagħżel.

L-Ewroparlamentari Malti jistqarr li hemm differenza bejn l-irwol ta’ Viċi Kap tal-Partit u Viċi Prim Ministru. Jikkummenta wkoll dwar il-kontroversja li qajjem riċentament bil-kelma ‘rikonċiljazzjoni’ fl-isfond tal-każ ‘Franco Debono’. Itemm jgħid li minħabba l-proċess ta’ Dr Tonio Borg fi Brussell, li stqarr li ħassu fid-dover jappoġġja, hu jinsab fi żvantaġġ. Għaldaqstant jikkonferma ma’ Newsbook li se jagħmel l-almu tiegħu biex fil-ftit żmien li fadal jiltaqa’ mad-900 delegat tal-PN qabel il-vot.