L-intervista tal-ġimgħa ma’ Dr Anton Grech, Ċermen tal-Fondazzjoni Kenn għal Saħħtek

GĦADA FUQ NEWSBOOK: Fl-intervista tal-ġimgħa fuq Newsbook, Dr Anton Grech jitkellem dwar is-servizzi li se jibbenefikaw minnhom dawk li jbatu bi problemi tal-ikel.
Fl-intervista, il-ġurnalist Karl Wright jitkellem mal-psikjatra Dr Anton Grech dwar kif se jgħaqqad l-esperjenza tiegħu fil-qasam tas-saħħa mentali, issa li nħatar Ċermen tal-Fondazzjoni Kenn għal Saħħtek. Jispjega għal xiex jirreferi meta wieħed jitkellem dwar diżordni fl-ikel u kif din ir-realta qed tiżdied u għaliex.
Dr Grech jiġi mistoqsi għaliex min se jirrikorri għal servizz mid-Dar il-ġdida jista’ jinqeda fi ftit sigħat jew saħansitra jdum xhur sħaħ. Iwieġeb ukoll dwar x’kien l-eżitu tal-open weekend li sar fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet u fiex wasal it-taħriġ fl-Italja tal-impjegati Maltin li se jaħdmu f’din id-Dar.
Dwar dan kollu u aktar, iwieġeb il-psikjatra Dr Anton Grech fl-intervista tal-ġimgħa fuq Newsbook.com.mt il-Ħadd filgħodu.
Ħalli l-kummenti tiegħek hawn taħt b’ismek.

Filmat: Media Centre Limited