L-intervista tal-ġimgħa ma’ Dr Anġlu Farrugia

GĦADA FUQ NEWSBOOK: L-intervista tal-ġimgħa fuq Newsbook dil-ġimgħa tlaqqagħna mal-Avukat Anġlu Farrugia, ex deputat mexxej tal-Partit Laburista.

Dr Farrugia jitkellem mal-ġurnalist Karl Wright dwar kif ir-riżenja tiegħu minn deputat mexxej Laburista impattat fuqu personali u fuq il-professjoni tiegħu u x’reazzjoni kellu mill-kostitwenti. Jintalab jikkummenta dwar il-bosta tentattivi ta’ medjazzjoni li saru mill-20 ta’ Diċembru li għadda, wara li rriżenja, sal-elezzjoni ġenerali. U s-safra tal-Commonwealth kien mibgħut għaliha f’tentattiv rikonċiljatorju jew għax kien hemm xi ftehim?

Dr Anġlu Farrugia ikompli jwieġeb. Jagħti wkoll ir-reazzjoni tiegħu għall-messaġġ li l-elettorat wassal bil-vot tiegħu fl-elezzjoni ġenerali – isejjaħlu tsunami fid-demokrazija tal-pajjiż. Jikkummenta wkoll dwar il-formazzjoni tal-Kabinett tal-Ministri.

Jitkellem dwar il-kontenut tal-ewwel laqgħa wiċċ imb’wiċċ ma’ Dr Joseph Muscat, li saret nhar l-Erbgħa li għadda in vista tal-kummenti li hu stess għadda dwar Dr Muscat wara li kien mitlub jirriżenja. Finalment, Dr Anġlu Farrugia jitkellem dwaru nnifsu mil-lum ‘il quddiem.

L-intervista sħiħa tkun aċċessibbli fuq newsbook.com.mt għada filgħodu.

Ħalli l-kummenti tiegħek hawn taħt.