L-intervista tal-ġimgħa ma’ Darren Bonnici mill-MRTU

GĦADA FUQ NEWSBOOK: Fl-intervista tal-ġimgħa fuq Newsbook, il-ġurnalist Karl Wright jitkellem ma’ Darren Bonnici li jagħmel parti mit-tim tal-Maltese Roads Traffic Updates, magħruf aħjar bħala MRTU, dwar is-sitwazzjoni tat-traffiku f’pajjiżna.
Bonnici jwieġeb bħala xufier kif ukoll bħala osservatur li jagħmel parti minn tim ta’ nies li jimmoniterjaw it-traffiku fit-toroq Maltin permezz ta’ numru ta’ CCTV cameras imxerrdin mal-pajjiż.
Newsbook jistaqsi kif tikkumpara s-sitwazzjoni tat-traffiku ma’ dik sena ilu, jekk ix-xogħlijiet infrastrutturali fit-toroq Maltin għenux jew le it-traffiku, u jekk hix minnha l-għajta li l-preżenza tal-pulizija fit-toroq iżżid it-traffiku.
Dwar dan kollu u aktar, iwieġeb Darren Bonnici fl-intervista tal-ġimgħa fuq Newsbook.com.mt il-Ħadd filgħodu.
 
Filmat: Reel8 Productions