L-intervista tal-ġimgħa ma’ Claudia Taylor East

GĦADA FUQ NEWSBOOK: Fl-intervista tal-ġimgħa fuq Newsbook.com.mt, il-ġurnalist Karl Wright jiltaqa’ ma’ Claudia Taylor East li tmexxi SOS Malta u jitkellem magħha dwar il-volontarjat.
Taylor East twieġeb dwar l-isfidi tal-volontarjat illum, speċjalment quddiem ir-realtà tad-dinja mgħaġġla li qed ngħixu fiha.
Claudia Taylor East twieġeb ukoll dwar ir-rispons li jsibu minn SOS Malta għall-volontarjat, il-kollaborazzjoni ma’ organizzazzjonijiet oħra, is-sehem tal-Gvern u tal-privat, kif ukoll dwar il-ħtieġa li l-volontarjat isib postu fis-sistema edukattiva sa minn età bikrija.