L-intervista tal-ġimgħa ma’ Axel Hirschfeld mill-CABS

GĦADA FUQ NEWSBOOK: Fl-intervista tal-ġimgħa fuq Newsbook.com.mt, il-ġurnalist Karl Wright jiltaqa’ ma’ Axel, uffiċjal tal-kumitat CABS li jipproteġi l-għasafar waqt l-istaġun tal-kaċċa.
Axel ilu jiġi Malta waqt l-istaġun tal-kaċċa għal dawn l-aħħar 16-il sena. Huwa jagħti l-analiżi tiegħu ta’ progress jew rigress fl-illegalitajiet tul is-snin, u jwieġeb dwar l-infurzar tal-liġi u s-sorveljanza mill-pulizija.
Jgħid għaliex anki tul dan l-istaġun tal-kaċċa qed isir l-appell biex il-Gvern iwaqqaf il-kaċċa u jfisser il-preokkupazzjoni ta’ CABS dwar l-insib f’Malta.