L-intervista tal-ġimgħa

GĦADA FUQ NEWSBOOK: Fl-intervista tal-ġimgħa fuq Newsbook, Gianluca Bezzina, li se jkun qed jirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest bil-kanzunetta Tomorrow, jitkellem dwar l-isfidi li ġabet f'ħajtu l-għażla ta' Tomorrow. 

Gianluca jintalab mill-ġurnalist Karl Wright jispjega kif il-popolarita li issa hu suġġett għaliha, qed jirnexxielu jikkontrollaha biex jassigura l-awtentiċita tiegħu. Gianluca jintalab ukoll jirrakkonta fil-qosor dak li qasam ma' ġemgħa nies inkluż żgħażagħ waqt l-eżerċizzi tar-Randan. Kif jirnexxielu jibqa' jsib ħin għal Alla f'ħajtu, permezz tat-talb? U xi jfisser dan? 

L-intervista sħiħa tkun aċċessibbli fuq Newsbook.com.mt matul l-għodwa tal-Ħadd.

Ħalli l-kummenti tiegħek hawn taħt.