L-internet isir ċimiterju tal-vittmi

Uċuh jitbissmu, bla ebda biża' u mimlija ħajja. 
Din hi l-ħarsa li qed juru r-ritratti li qed jittellgħu fuq il-mezzi soċjali mill-ħbieb u l-qraba tal-vittmi tal-attakki terroristiċi f'Pariġi.
Imma l-bixra fuq wiċċ l-għeżież tagħhom turi dieqa u qtiegħ il-qalb waqt li qed jistennew li jkunu jafu x'sar minnhom. 
Il-familja ta'#rechercheParis kull ma jmur dejjem qed tikber, b'għadd ta' persuni minn madwar id-dinja qed itellgħu r-ritratti tal-għeżież tagħhom wara li ilhom jiem ma jisimgħu b'aħbarhom. 
Facebook u Twitter qed isiru ċimiterju tal-vittmi.