L-interess f’Ħal Lija jibqa’ solitarju

Kandidatura waħda biss ġiet ippreżentata għall-elezzjoni każwali biex jimtela l-post ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija wara r-riżenja ta’ Marc Sant.
Fi stqarrija, il-Kummissjoni Elettorali qalet li sal-għeluq taż-żmien ipprovdut għan-nominazzjonijiet irċeviet biss il-kandidatura ta’ Salvatore Farrugia.
L-għadd tal-voti se jsir nhar it-Tlieta li ġej f’12pm fl-Uffiċċju Elettorali, il-Belt Valletta.
Ritratt: Malta.com