L-interconnector bejn Malta u Sqallija se jintefa għal jumejn biex isir xi xogħol fuqu.
Fi stqarrija l-Enemalta qalet li t-tiswija fuq l-interconnector lesta. Jonqos issa biex il-parti li tranġat titpoġġa taħt qiegħ il-baħar. Qalet li sakemm saret it-twissija l-interconnector kien qed jiġi mgħasses minn dgħajjes apposta.
Il-vapur Polar King se jasel għada fiż-żona tat-tiswija bl-apparat neċessarju biex jitlesta x-xogħol. Il-ħidma mistennija ddum jumejn u l-interconnector se jintefa bħala prekawzjoni.
Skont l-Enemalta, l-interconnector mistenni jerġa’ jibda jintuża fl-1 ta’ Mejju.