L-insib f’Malta għandu futur? – Peter Agius

Minkejja li Malta trid issegwi l-liġijiet tal-Unjoni Ewropea dwar l-insib u l-kaċċa, dan ma jfissirx li l-insib irid jintemm.

Dan kitbu Peter Agius, membru tal-Partit Nazzjonalista li jikteb id-diskorsi ta’ Antonio Tajani, il-President tal-Parlament Ewropew.

Agius kiteb li jiftakru jmur jonsob ma’ nannuh, u meta l-Qorti Ewropea ddikjarat l-insib fil-ħarifa illegali f’Ġunju li għadda, moħħu mar fuq in-nassaba bħal nannuh, li ma ħadux gost bl-aħbar.

Agius kiteb illi filwaqt li nsegwu r-regolamenti tal-Unjoni Ewropea, jeħtieġ li tiġi ppreżervata t-tradizzjoni tal-insib, bħalma ġiet regolarizzata l-kaċċa, tant li issa l-kaċċaturi jistgħu jgawdu d-delizzju tagħhom, filwaqt li jsegwu r-regoli. Dawn ir-regoli wasslu għal popolazzjoni akbar ta’ daqquqiet, pereżempju.

Huwa appella għal sistema fejn in-nassaba jkunu jistgħu jagħmlu l-istess, u f’isem il-Partit Nazzjonalista, qal li beħsiebhom jipproponu soluzzjonijiet aħjar.

Aqra aktar hawnhekk.