“L-Insara m’għandhom jabdikaw qatt milli jivvutaw fl-elezzjonijiet” – Mons. Charles J. Scicluna

Fl-intervista tal-ġimgħa, l-Isqof Awżiljarju ta’ Malta, Mons. Charles J. Scicluna, jagħti parir lill-insara Maltin u Għawdxin sabiex ma jabdikawx mid-dover tagħhom li jipparteċipaw fil-proċess demokratiku ta’ elezzjoni ġenerali u jeżortahom ukoll biex fl-għażliet tagħhom u fil-kuntatti li jkollhom mal-kandidati li qed jikkontestaw, huma jagħmlu ċari x-xewqat u l-prinċipji li jixtiequ li jkunu promossi u mantenuti minn min jirbaħ il-Gvern.

L-Isqof Scicluna jwieġeb għall-mistoqsijiet ta’ Newsbook dwar l-aspetti differenti li jissemmew fl-Ittra Pastorali: il-familja, il-ġenerazzjoni żagħżugħa, il-fqar u l-batuti, u l-ambjent. Iwieġeb ukoll dwar il-vuċi li l-Knisja tħoss li għandha tibqa’ tagħti lill-iktar dgħajfa, inkluż lit-tfal quddiem ir-realtajiet u l-isfidi li qed iġġib magħha s-soċjeta’ tal-lum.

Ritratt: Daniel Balzan

Ħalli l-kumment tiegħek hawn taħt.