L-Insara fl-Eġittu fil-biża’ wara attakki fuq knejjes

L-Insara fl-Eġittu qegħdin jgħixu fil-biża' wara serje t’attakki fuq knejjes, negozji u djar, liema attakki twettqu mill-ammiraturi tal-President Mohammed Mursi li kien imkeċċi mill-kariga.

Hekk kif il-pulizija ferxet id-dimostranti minn żewġ pjazez f’Kajr, dawn irrispondew billi attakkaw knejjes madwar il-pajjiż. Fil-kapitali Kajr, illum kienu rrappurtati erba’ persuni mejta filwaqt li tnax oħra nqatlu fit-tramuntana tal-pajjiż.