L-inqas pajjiż li jdum biex jeżegwixxi direttivi tas-Suq Uniku

Malta baqgħet fl-ewwel post mill-Istati Membri tas-Suq Uniku wara li żammet id-defiċit tat-traspożizzjoni tagħha fl-iktar livell baxx, turi klassifikazzjoni maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea.
Skont l-edizzjoni ta-Tabella tal-Valutazzjoni tas-Suq Uniku għall-2016, il-perċentwal ta’ direttivi pendenti f’Malta huwa ta’ 0.4%, ferm anqas mill-medja Ewropea ta’ 1.5%.
B’hekk Malta laħqet il-mira oriġinali ta’ 0.5%.
Id-defiċit tat-trasposżizzjoni jindika kemm il-pajjiż idum biex jeżegwixxi direttivi tal-Liġi tas-Suq Uniku.
Skont it-tabella li nħarġet illum, ġie rreġistrat tnaqqis drastiku fid-dewmien ta’ Malta, għal ftit aktar minn xahrejn, imqabbel mal-medja Ewropea ta’ kważi 7 xhur.
Barra minn hekk ma ġew irreġistrati ebda direttivi li ġew eżegwiti b’mod żbaljat.
Flimkien dawn jikkontribwixxu għall-ewwel pot mogħti lil Malta.
Ir-rapport wera wkoll Malta għandha t-tieni l-inqas ammont ta’ każi relatati mas-suq uniku, b’5 każi pendenti meta mqabblin mal-medja Ewropea ta’ 24 każ.