L-inqas lista ta’ stennija għal housing soċjali kien fl-2009- Bartolo

Miguela Xuereb

Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo qal li l-istqarrija tal-Ministru Roderick Galdes dwar il-lista ta’ stennija għal housing soċjali hija qarrieqa.

Bartolo ħa l-ħin tal-aġġornament biex jgħid li bl-istqarrija li għamel fil-parlament, “Galdes jew ma jafx jgħodd, jew irid iqarraq.”

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-ministru iżda ma qalx kif din niżlet.

“Għax jekk eżempju ma tweġibx ittra li tkun irċevejt mingħand l-Awtorita’, dawn jaqtawk barra,” stqarr Bartolo.

Hu qal li fl-2010, meta kienu għadu deputat fl-oppożizzjoni, l-istess Galdes kien stqarr li fl-2009, kien hemm 1600 biss fuq il-waiting list.  

Il-ġimgħa li għaddiet, Galdes kien qal li “soltu kien ikun hemm madwar 3,200 applikazzjoni llum dawn niżlu għal 2,400.”

“Qallilna li l-lista ta’ stennija hija fost l-inqas f’ 20 sena, b’ 2,400,” kompla jgħid Bartolo.

“Fir-realta l-waiting list tqarreb it-3000 għax mhux qed jiġu kkalkulati n-nies li jingħataw is-sussiddju tal-kera,” insista Bartolo.  

Huwa qal li l-1,700 unit tal-housing li qed jinbnew grazzi għal fondi tal-Unjoni Ewropeja. 

Dwar il-lifts,  Bartolo qal li fis-snin 90, kien hemm madwar 99 blokka li fihom ġew stallati lifts. Mill-2002 sal-2009 ġew installati lift f’ 98 blokka oħra.  Kien hemm ukoll 110 blokk ieħor fejn ġew stallati l-lift mid-Dipartiment tal-bini u tiswija ta’ djar li llum hu xolt u inkorporat mal-Awtorita’ tad-Djar. Kien hemm ukoll 33 dar fejn jgħixu Persuni b’ Diżabilita li fihom ukoll ġie stallat lift.   

“Dan iġib total ta’ 241 blokk ta’ bini li fihom ġie nstallat lift f’7 snin. Medja ta’ 30 lift kull sena.

B’kuntrast, in-numru ta’ lifts installati mill-2017 sal-lum hu ta’ 64 biss.