Schembri ma kellux kuntatt ma’ Projects Malta; Muscat ftit li xejn – eks Chairman

Read in English.

Propju llum xehedu aktar persuni fl-inkjesta pubblika fl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia. Illum huwa propju għeluq snin il-ġurnalista assassinate fejn kieku kienet tgħalaq 56 sena.

Oħt Daphne, Mandy Malli, qalet permezz ta’ post fuq Facebook u anke Twitter li oħtha kien ħaqqha li tkun għadha ħajja u minflok, il-persuni kriminali li kixfet permezz tal-investigazzjonijiet tagħha messhom ilhom żmien twil il-ħabs. Insistiet li se tara li l-ġustizzja mal-ġurnalista ssir u li se tibqa’ tissielet sakemm din issir b’mod sħiħ.

Fis-smigħ tal-lum fl-inkjesta pubblika xehdu Adrian Said, iċ-Chairperson tal-Mimcol u l-eks Chairperson ta’ Projects Malta. Xehed ukoll iċ-Chairman ta’ Malta Enterprise William Wait.

Xi spikka minn dak li qal Adrian Said, Chairman tal-Mimcol?

  • “Xi proġetti (tal-Gvern) kienu jridu jsiru bl-għaġġla”
  • Il-privatizzazzjoni tal-isptarijiet lis-settur privat kienet waħda mill-ikbar konċessjonijiet li ta l-Gvern fl-aħħar snin.
  • Hu u jitkellem dwar l-Isptar San Luqa, Said qal li sa Jannar tal-2015 l-idea kienet li jkun hemm “administrative city”.

Xi spikka milli xehed William Wait?

  • Projects Malta ma kellha l-ebda kuntatt ma’ Keith Schembri u ftit li xejn kuntatt ma’ Joseph Muscat.
  • Maniera Achitects tħallsu €700,000 biex jippreparaw il-proġett tal-ITS, li ma sarx. Il-ħlas sar.
  • Il-Prim Imħallef Emeritu spjega lil Wait li xhieda oħrajn qablu kienu qalu lill-bord biex jindirizzaw il-mistoqsijiet tagħhom lil Projects Malta. L-Imħallef Lofaro rrimarkat li dawn qed iweħħlu f’xulxin u ħadd mhu qed iwieġeb.
  • Ħadd minn Projects Malta ma kien involut fil-ftehim dwar l-Electrogas, insista Wait.
12:05 Grazzi talli segwejtuna.
Nicole Borg
11:43 Il-bord ta' inkjesta qed tippjana s-smigħ li jmiss u min se jkun qed jixhed.

Il-Ġimgħa fid-9.30am se jixhed ALfred Camilleri mill-Ministeru għall-Finanzi.

L-Erbgħa 2 ta' Settembru se jixhdu l-Ing. James Camenzuli u l-Ministru Michael Farrugia.

Imbagħad, il-Ġimgħa 4 ta' Settembru, Lawrence Cutajar se jkompli bix-xhieda tiegħu. Jekk Cutajar ma jkunx jista' jattendi, se jintalab jixhed l-eks Deputat Prim Ministru Louis Grech.
Nicole Borg
11:42 Wait joħroġ barra mill-awla.
Nicole Borg
11:41 Wait ikkwota parti minn blogg ta' Caruana Galizia dwar is-suġġett.

"Mr Wait, who was extremely polite and civilised unlike so many of the uncouth savages I need to call in the course of my work, many of whom think that public officials have two options called ‘be rude and extremely hostile to journalists’ and ‘don’t bother answering their calls or questions’, was extremely clear in his answers to my very specific questions." [https://daphnecaruanagalizia.com/2017/02/lie-us-please-just-love/]

Wait qal li jittama li hu għamel l-istess illum.
Nicole Borg
11:38 L-Imħallef Lofaro tistaqsi dwar Sai Mizzi, Wait jgħid li Mizzi kienet impjegata l-Malta Enterprise.
Nicole Borg
11:36 Il-bord staqsa jekk Projects Malta kinitx involuta fil-proġetti tal-Montenegro u ċ-Ċina. Ix-xhud qal li la kellha x'taqsam mal-proġetti u lanqas mal-kuntratti.
Nicole Borg
11:35 Wait qal li l-valutazzjoni ta' Deloitte kienet aktar ogħlja. Wait qal li hu ma kellu l-ebda kuntatt mal-eks Ministru Konrad Mizzi. Qal li hu kien jitkellem ma' Ronald Mizzi dak iż-żmien.
Nicole Borg
11:35 Jistaqsuh dwar il-konċessjoni tal-ITS.

Wait qal li hu kien inkarigat bl-amministrazzjoni tal-konċessjoni. Wait qal li ma marrux id-dipartiment tal-kuntratti minħabba li kienet konċessjoni.

L-Imħallef Mallia intervjena, "għandek sit li jiswa l-miljuni ta' ewro u tiddeċiedi li żżomm kollox għalik u ma tinvolvix lill-Kumitat tal-Kuntratti?"
Nicole Borg
11:33 L-NAO qalet li l-valur tal-art tal-ITS kien ta' €67 miljun, jiġifieri €11-il miljun aktar minn dak li kien mifthiem bejn il-grupp db u l-gvern.
Nicole Borg
11:30 Dr Azzopardi qara parti mir-rapport tal-NAO. L-Awditur Ġenerali osserva li l-korrispondent residenzjali tal-proġett tal-ITS kien ingħata espożizzjoni limitata. Wait qal li l-kelma "limitata" hija suġġettiva.
Nicole Borg
11:28 Dr Azzopardi kompla jistaqsi dwar it-trasferiment tal-eks sit tal-ITS.

Id-DIpartiment tal-Propjetà tal-Gvern kien involut biss lejn l-aħħar sabiex isir l-iffirmar tal-kuntratti.
Nicole Borg
11:27 Il-Prim Imħallef Emeritu spjega lil Wait li xhieda oħrajn qablu kienu qalu lill-bord biex jindirizzaw il-mistoqsijiet tagħhom lil Projects Malta.

L-Imħallef Lofaro rrimarkat li dawn qed iweħħlu f'xulxin u ħadd mhu qed iwieġeb.
Nicole Borg
11:23 Dr Azzopardi staqsa dwar l-intrapriżi privati li kien involut fihom, inkluż TUM finanza, TUM invest u Luxury Living.

Wait qal li TUM finance u TUM invest kienu xi ħaġa riċenti li kien involva lilu nniffsu fihom wara r-riżenja tiegħu.
Nicole Borg
11:21 Ix-xhud kien ingħata erba' direct orders wara li telaq minn Projects Malta. Staqsewh jekk dak kienx minħabba li hu kien diġà qed jaħdem fuq il-proġetti qabel ma kien telaq minn Projects Malta.

Wait qal li hu kien ingħata erba' direct orders inkluż waħda relatata max-Chalet. Hu kkjarfika li ma kienx qed jaħdem fuq dawn il-proġetti qabel ma telaq.

Qal li kellu wisq affarijiet f'idejh u b'hekk kien irreżenja. Qal li hu ma kienx iħobb il-kontroversji u li xi ħadd ikun ikkritikat għax jagħmel xi ħaġa.
Nicole Borg
11:18 Dr Comodini Cachia saqsiet dwar is €700,000 direct order lil Maniera Architects li ngħatat bejn Lulju u Diċembr tal-2016 għall-konsulenza dwar elettriku arkitettorali.

Wait spjega li Maniera Architects kienu tħallsu €700,000 biex jippreparaw il-proġett tal-ITS li ma sarx.

"Il-ħlas sar," qal Wait.
Nicole Borg
11:16 Dr Comodini Cachia staqsie kif meta Mifsud Bonnici kien fuq il-kumitat ta' evalwazzjoni, Projects Malta ħarġet direct orders lill-kumpanija legali tiegħu.

Wait qal li Mifsud Bonnici kien jipprovdi servizzi li kienu 'l barra mill-irwol prinċipali tiegħu.
Nicole Borg
11:15 Wait ikkonferma li Konrad Mizzi kien responsabbli għal Projects Malta meta kien Ministru għas-Saħħa. Projects Malta kienet tneħħiet mill-portafoll tiegħu meta dan sar Ministru għat-Turiżmu.
Nicole Borg
11:13 Dr Comodini Cachia urietu d-dokumentazzjoni: ir-riżenja ta' Mifsud Bonnici minn segretarju tal-kumpanija li kienet datata għad-9 ta' Marzu tal-2018 u r-riżenja tiegħu minn direttur fit-3 ta' Diċembru tal-2015.

Aron Mifsud Bonnici kellu diversi rwoli fl-istess żmien, ikkonferma Wait.
Nicole Borg
11:10 Dr Comodini Cachia staqsiet dwar Aron Mifsud Bonnici – jekk dan kellux post fil-kumitat tal-evalwazzjoni fl-istess żmien meta kien is-segretarju tal-kumpanija għal Projects Malta.

Ix-xhud qal li iva, imma talab biex jintwera d-dati ħalli jikkonferma li dan hu minnu.
Nicole Borg
11:05 Wait kien ħa l-kariga ta' Executive Vice Chair f'Mejju tal-2015. Hu żied jgħid li kien hemm aktar laqgħat tal-bord, jekk wieħed iħares ukoll lejn meta hu kien Executive Vice Chair.

Ix-xhud qal li sa fejn kien jaf hu, il-bord qatt ma kellha laqgħat fi ħdan il-Ministeru għall-Enerġija u Konrad Mizzi qatt ma kien preżenti. Qal li xi kultant kien ikun hemm preżenti s-Segretarju Permanenti tal-Ministeru għall-Enerġija.
Nicole Borg
11:03 Wait qal li l-bord iltaqa' madwar 10 darbiet fi żmien 18-il xahar. Qal li l-laqgħat kienu jsiru fil-board room tal-Ministeru għall-Finanzi.

Il-Prim Imħallef Emeritu rrimarka li hu ma setax jifhem kif il-Ministru għall-Finanzi kien qal li ma kienx jingħata informazzjoni.

Wait qal li Projects Malta kellha l-uffiċċju tagħha fi flat żgħir u ma kienx hemm spazju biżżejjed biex isiru laqgħat.
Nicole Borg
11:01 Il-bord staqsa dwar is-sit li fuqu qabel kien hemm l-ITS u li din għaddiet lill-Grupp db. Wait qal li l-proċess kien simili ħafna għall-privatizzazzjoni tal-isptarijiet. Qal li Projects Malta ffaċilitat il-proċess.
Nicole Borg
10:59 Qal li Projects Malta kienet qed tfittex li tiżviluppa u ssebbaħ aktar it-toroq. Wait qal li Projects Malta kienet qed tħares ukoll lejn propjetà. Hawn semma x-Chalet.

"Ħasra li x-Chalet huwa abbandunat. Huwa dnub," qal Wait. Semma proġetti oħrajn, inkluż skola internazzjonali u l-ITS.
Nicole Borg
10:59 Ix-xhud jgħid li hu qatt ma kien ħadem mal-VGH.
Nicole Borg
10:56 L-Imħallef Lofaro ssuġġeriet li 138 direct order kienu ngħataw minn Projects Malta. Ix-xhud qal li dan jista' jkun għax kienu saru ħafna direct orders.

Qal li d-direct orders kienu jkunu deċiżi minn kumitat li jikkonsisti minnu stess, iċ-Chief Financial Officer u Joe Cuschieri, id-Deputy Chair.

Qal li dawn imbagħad kienu jgħaddu lis-segretarju permanenti. Żied jgħid li Konrad Mizzi ma kienx ikun involut fl-għoti tad-direct orders.
Nicole Borg
10:56 Ħadd minn Projects Malta ma kien involut fil-ftehim dwar l-Electrogas, insista Wait.
Nicole Borg
10:53 Wait jgħid li sakemm kien tpoġġa bħala chairman, il-ftehim dwar il-privatizzazzjoni tal-isptar kien diġa għadda mill-proċess ta' evalwazzjoni.
Nicole Borg
10:49 Hu staqsa dwar l-irwol ta' Projects Malta.

Wait semma l-persuni fuq il-bord ta' evalwazzjoni u l-bord tan-negozjati.

Qal li l-bord ta' evalwazzjoni tinkludi lil James Camenzuli, Manuel Castagna uAron Mifsud Bonnici bħala segretarju.

Aron Mifsud Bonnici kien ukoll is-segretarju tal-bord tan-negozjati.
Nicole Borg
10:48 L-Imħallef Lofaro qalet li l-Ministru Scicluna kien iddeskriva lil Projects Malta bħala xi ħaġa li ma kinitx trasparenti u li kien diffiċli li xi ħadd jikseb informazzjoni mingħandha.

Ix-xhud qal li kull darba li ntalbet informazzjoni, huma dejjem tawha b'mod sħiħ. Qal li din tgħaddi mingħand Alfred Camilleri.
Nicole Borg
10:47 Projects Malta ma kellha l-ebda involviment mal-ftehim dwar l-Electrogas u bdiet wara li l-ftehim kien diġà fis-seħħ, qal ix-xhud. Hu ċaħad li kien hemm xi involviment fil-ftehim.
Nicole Borg
10:44 Wait qal li ma jistax jispjega għaliex hu kien ikkritikat għall-kunflitti ta' interess, meta kien hemm oħrajn li kellhom din l-istess problema.

Wait qal li Projects Malta ma kellha l-ebda kuntatt ma' Keith Schembri u ftit li cejn kuntatt ma' Joseph Muscat. Qal li huma kienu jirċievu direzzjonijiet mis-Segretarju Permanenti Ronald Mizzi.
Nicole Borg
10:43 Bħala direttur mhux eżekuttiv ta' diversi kumpaniji, hu għandu ħafna kunflitti ta' interess, qal Wait. Qal li meta dan jiġri jara li jiskuża ruħu mil-laqgħa li tkun għaddejja.

"Noqgħod attent," kompla jgħid.
Nicole Borg
10:40 L-Imħallef Lofaro staqsiet dwar il-kumpaniji li hu involut fihom. Ix-xhud qal li hemm numru ta' kumpaniji u li huwa impossibbli li jiftakarhom kollha.

Hu semma xi kumpaniji minnhom.

L-Imħallef Lofaro semmiet kumpanija Ċiniża. Hu qal li dik il-kumpanija hija tiegħu u li hija involuta f'Hong Kong. Hi staqsiet ukoll dwar TUM Finance u jekk din kinitx relatata ma' Yorgen Fenech.

Hu qal le, u eventwalment semma li din kienet propjetà ta' Anthony Fenech (qarib ta' Yorgen Fenech).
Nicole Borg
10:36 Hu introduċa lilu nniffsu. Qal li huwa chairman mhux-eżekuttiv tal-Malta Enterprise. Qal li fl-2014 kien iċ-chairman tal-Water Services Corporation fejn kien tpoġġa f'dan l-irwol direttament minn Konrad Mizzi.

Qal li meta bdiet Projects Malta f'April tal-2014, hu kien tpoġġa direttur. F'Mejju tal-2015, hu kien tpoġġa bħala Deputy Executive Chairman ta' Projects Malta u wara ħa post Said.
Nicole Borg
10:35 William Wait jibda jixhed.
Nicole Borg
10:34 L-aħħar mistoqsija qabel ma tintemm ix-xhieda ta' Said kienet dwar l-eks Chief of Staff Keith Schembri. Said qal li Schembri ma kellu xejn x'jaqsam ma' Projects Malta.
Nicole Borg
10:29 Dr Azzopardi rrefera għar-rapport tal-NAO.

Said qal li hu qatt ma kien issejjaħ mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditjar. Żied jgħid li hu sar jaf dwar l-MoU mir-rapport.

Said qal li hu mar lura u vverifika l-minuti. Spjega li meta kien hemm iċ-ċans, ħarġu diversi ideat għall-użu potenzjali tal-Isptar San Luqa. Dak iż-żmien il-gvern kien qed iħares lejn sptar għar-rijabilitazzjoni.

Meta vverifiks mal-minuti, Said qal li sab li f'Jannar tal-2015, kienu ddiskutew il-possibilità li jkollhom "administration city", jiġifieri li ċertu aġenziji tal-gvern ikunu rilokati fl-Isptar San Luqa.
Nicole Borg
10:26 Fi tweġiba lill-Prim Imħallef Emeritu Said Pullicino, Said qal li meta kienet tħabbret il-kumpanija ppreferuta, il-laqgħa kienet saret fl-aħħar ġimgħa ta' Ġunju tal-2015.

Said qal li hu ma kienx mistieden għal din il-laqgħa. Żied jgħid li hu kien staqsa min kien mistieden u kienu qalulu xi konsulenti u persuni oħrajn minn Projects Malta. Sa dak iż-żmien, hu kien diġà rreżenja u daħal fl-irwol mhux eżekuttiv fi Projects Malta.

Qal li John Valenzia, Eman Schembri u William Waitt minn Projects Malta kienu preżenti.
Nicole Borg
10:25 Azzopardi staqsa: Biex xi ħadd jirnexxielu jġib il-flus għal konċessjoni ta' mijiet ta' miljuni għal proġett bħal tal-isptarijiet, investitur ikun jista' jagħmel xi ħaġa tat-tip fi żmien daqshekk qasir?

Ix-xhud qal li huwa possibbli biss jekk l-investitur ikollu s-saħħa finanzjarja biex jagħmel dan.
Nicole Borg
10:22 Dr Azzopardi staqsa dwar il-memorandum ta' ftehim iffirmat f'Ottubru tal-2014 bejn il-Gvern, il-Ministeru għall-Finanzi u l-Vitals Global Healthcare.

"Iva, sirt naf dwaru riċentament minn rapporti fuq il-midja," wieġeb Said.

F'Mejju tal-2015, RfP kien ippubblikat u kien ingħata perjodu qasir biex ikun eżegwit dak li kien propost. Hu kien ħass li dan mhux suffiċjenti, issuġġerixxa Dr Azzopardi.

Ix-xhud qabel.
Nicole Borg
10:22 Dr Azzopardi staqsa jekk il-ftehim tal-privatizzazzjoni tal-isptar lis-settur privat kienx l-akbar konċessjoni li ngħatat mill-gvern fl-aħħar snin.

"Iva, kienet waħda mill-akbar," qal Said.
Nicole Borg
10:21 Meta bdiet Projects Malta, kienet tpoġġiet fil-portafoll ta' Mizzi. L-idea kienet li l-ministeri jkunu streamlined.
Nicole Borg
10:20 Dr Azzopardi jibda bil-mistoqsijiet tiegħu.

Projects Malta kienet stabbilita fl-2014. Said kien iċ-Chairman Eżekuttiv.
Nicole Borg
10:19 "Kull proġett f'Malta għandu l-kontroversja tiegħu. Jien personalment ma jogħġbunix il-kontroversji," irrimarka Said.
Nicole Borg
10:17 Ix-xhud qal li hu kien imdorri fis-settur privat fejn kellu kontroll assolut fuq il-proġetti. Qal li fis-settur tal-gvern, dan kien differenti.

Qal li kien iħoss li ċertu proġetti kienu jridu jsiru bl-għaġġla. Said żied jgħid li hu ma kienx involut fid-drafting tal-RfP.
Nicole Borg
10:15 Il-Prim Imħallef Emeritu Said Pullicino staqsa jekk l-eks Kummissarju tal-UE John Dalli kienx preżenti fi Projects Malta. Said jgħid li le.
Nicole Borg
10:12 Said qal li minn dakinhar, hu kien irrifjuta diversi offerti ta' xogħol ġejjin mill-Gvern.

L-Imħallef Lofaro kkummentat dwar dak li qal aktar kmieni u r-raġuni għar-riżenja.

Dr Comodini Cachia staqsiet lix-xhud jekk ir-raġuni wara r-riżenja kinitx minħabba li l-ministeru kienu jimponi fuq Projects Malta, filwaqt li mal-Mimcol ma kienx hemm din it-tip ta' interferenza.

Ix-xhud wieġeb fl-affermattiv u żied jgħid li fl-opinjoni tiegħu l-RfP fil-privatizzazzjoni tal-isptarijiet kellu jkun itwal.

"Dak iż-żmien, ħassejt li ma kellix nibqa' fi ħdan Projects Malta," qal Said, filwaqt li żied jgħid li kien hemm raġunijiet personali oħra.
Nicole Borg
10:10 Dr Comodini Cachia tistaqsi dwar il-Mimcol.

"MIMCOL hija l-konsulent tekniku għas-sussidjarji tal-Malta Government Investments (MGI) kif ukoll isservi bħala konsulent għall-Kabinett tal-Ministri u aġenziji oħra," qrat l-avukat.

Said qal li hu qatt ma ta l-ebda tip ta' preżentazzjoni lill-Kabinett bħala Mimcol. Wara ż-żmien tiegħu ma' Projects Malta, qal li kien konxju li l-bord ta' evalwazzjoni kienet għamlet preżentazzjoni lill-gvern.
Nicole Borg
10:08 L-Imħallef Lofaro staqsiet lix-xhud dwar ir-raġuni wara r-riżenja tiegħu. Said qal li hu ma rreżenjax minħabba rregolaritajiet li kien qed jara. Qal li hu xtaq jibda xi ħaġa ġdida.
Nicole Borg
10:05 L-Imħallef Lofaro staqsiet għaliex kien iħossu fuq il-periferija, u min kien iġiegħlu jħossu hekk.

Said qal li l-ftehim tal-privatizzazzjoni tal-isptarijiet ġie "bħal sajjetta" u kien qabez lill-kumpanija tiegħu u saru l-kuntratti permezz ta' direct orders. Qal li konsulenza kienet ingħatat permezz ta' direct orders u li l-ministeru għall-finanzi kienet approvat ordnijiet tat-tip.
Nicole Borg
10:03 Said spjega li waqt li l-Ministru Scicluna jaf għandu r-raġunijiet tiegħu, is-segretarju permanenti kien ħareġ dikjarazzjoni dwar il-każ fejn qal li l-Ministeru għall-Finanzi kellha l-informazzjoni kollha li hemm bżonn dwar il-ftehim tal-privatizzazzjoni tal-isptarijiet.

Said qal li hu qatt ma kien intalab informazzjoni mill-Ministeru għall-Finanzi. Qal iżda li min-naħa tiegħu kien informa lill-ministeru dwar ċertu proġetti.
Nicole Borg
10:02 Dr Comodini Cachia rreferiet għax-xhieda tal-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna u dwar id-dikjarazzjoni tiegħu li fi Projects Malta kien hemm nuqqas ta' trasparenza.

Said qal li s-segretarju permanenti tal-Ministeru għall-Finanzi kellu post fuq il-bord ta' Projects Malta.
Nicole Borg
10:00 Said qal li Projects Malta qatt ma kien involut fid-drafting tal-RfP tal-Electrogas għax dan sar f'April tal-2013.
Nicole Borg
09:58 Qal li l-RfP kien diġà sar minn kumpanija legali prominenti. Sostna li Projects Malta ma kinitx involuta fil-kitba tal-RfP. Żied jgħid li Projects Malta kienet intalbet tikkoordinah u għalhekk il-ftehim kien ta' sorpriza għalihom.

Qal li l-koordinatur prinċipali, Aaron Mifsud Bonnici kien tkellem mal-kumpanija Ganado biex jaħdmu fuq l-RfP. Mifsud Bonnici kien is-segretarju tal-kumpanija għal Projects Malta.

"Naħseb l-irwol tiegħu kien iktar marbut mal-ministeru milli ma' Projects Malta," qal ix-xhud, żied jgħid li kien staqsa l-istess ħaġa dak iż-żmien.
Nicole Borg
09:55 L-avukat Comodini Cachia staqsiet lix-xhud x'ried jgħid bil-kliem "irwol fuq il-periferija". Hu qal li sa Settembru kien involut fi Trade Malta.

"Imbagħad f'Marzu kienet ippubblikata t-talba għall-privatizzazzjoni tal-isptar, il-proċess kien beda qabel Projects Malta," qal Said.

Ix-xhud ikonferma li l-ftehim dwar il-privatizzazzjoni tal-isptarijiet kien idea tal-gvern u li mbagħad għaddiet lilhom.

Hu rreżenja fit-2 ta' Mejju u baqa' hemm sal-aħħar ta' Ġunju.
Nicole Borg
09:55 Dwar il-bejgħ ta' Cafè Premier, ix-xhud qal li dan sar ukoll qabel Projects Malta.
Nicole Borg
09:54 Said qal li l-Electrogas kienet qabel il-bidu ta' Projects Malta. Qal li Projects Malta kienet irreġistrata fl-2014. "Jien m'għandi xejn x'naqsam mal-Electrogas u ma kelli l-ebda involviment fil-proġett," qal Said.
Nicole Borg
09:52 Hu tkellem dwar l-erba' proġetti li kien hemm waqt iż-żmien li kien jokkupa l-pożizzjoni. "L-ewwel nett kien hemm Trade Malta, imbagħad il-promozzjoni tal-yachting, proġett ieħor kien it-tisbiħ tat-toroq li kien public-private partnership, it-tisbiħ ta' bajjiet pubbliċi, dak li nista' niftakar," qal Said.
Nicole Borg
09:51 Il-Prim Imħallef Emeritu Said Pullicino staqsa jekk it-tnaqqis tal-burokrazija wassalx biex jinqabżu ċertu proċeduti. Said wieġeb jgħid li ma kienx il-każ, imma sar biex ikun hemm koordinazzjoni aktar effettiva.
Nicole Borg
09:51 Hu qal "ovvjament ikun hemm direzzjoni politika".
Nicole Borg
09:49 Dak iż-żmien, Konrad Mizzi kien il-ministru responsabbli għal Projects Malta.

Dwar jekk Mizzi kienx involut b'mod dirett, Said qal li Projects Malta kienet f'komunikazzjoni mas-segretarju permanenti Ronald Mizzi.
Nicole Borg
09:48 Said qal li l-ideat kienu joħorġu jew mill-bord ta' Projects Malta, il-ministeri jew individwi privati. Hu u jitkellem dwar l-Isptar San Luqa, Said qal li sa Jannar tal-2015 l-idea kienet li jkun hemm "administrative city".
Nicole Borg
09:47 Qal li Projects Malta hija propjetà tal-gvern b'mod sħiħ. Qal li Trade Malta hija mbagħad joint venture bejn il-Gvern u l-Kamra tal-Kummerċ. Dan għall-kuntrarju ta' Projects Malta.
Nicole Borg
09:46 Said spjega li Projects Malta nbdiet bħala kumpanija kummerċjali. Żied jgħid li l-irwol tagħha kien li jkollha koordinazzjoni aktar effettiva.
Nicole Borg
09:44 Said spjega li Projects Malta bdiet fl-2014. Qal li kienu identifikati proġetti u semma xi proġetti li saru flimkien mal-Kamra tal-Kummerċ, yacht clubs u tisbieħ u numru ta' ideat dwar l-Isptar San Luqa.
Nicole Borg
09:43 Said qal li hu kien irreżenja minn Chairperson Eżekuttiv ta' Projects Malta. Qal li r-raġuni kienet waħda personali u ħass li l-irwol kien "wisq fuq il-periferija".
Nicole Borg
09:41 L-Imħallef Emeritu Michael Mallia jibda bil-mistoqsijiet tiegħu lix-xhud.

Said jgħid li hu mħarreġ fl-ekonomija. Għamel 16-il sena jaħdem fir-riċerka ekonomika u konsulenza fil-management. Qal li hu ħadem il-Mimcol u aktar tard laħaċ Chairperson ta' Projects Malta.

Hu jservi bħala Chairperson mhux eżekuttiv għall-Mimcol.
Nicole Borg
09:40 Dr Adrian Said minn Projects Malta jibda jixhed.
Nicole Borg
09:38 Il-bord ta' inkjesta jidħol fl-awla biex jibda s-smigħ tal-lum.
Nicole Borg
09:37 L-avukat Roberto Montalto jinsab ukoll fl-awla. Hu se jkun qed jassisti lil Adrian Said.

Lawyer Roberto Montalto is also in the courtroom. He will be assisting Adrian Said.
Nicole Borg
09:32 L-avukatu Therese Comodini Cachia, Jason Azzopardi u Peter Caruana Galizia jinsabu fl-awla.
Nicole Borg
09:29 Bonġu, Newsbook.com.mt jinsab jirrapporta LIVE minn awla 20 fejn se tinstema' aktar xhieda fl-inkjesta dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Nicole Borg

Il-Bord tal-Inkjesta hu mmexxi mill-Imħallef Emeritu Michael Mallia u magħmul mill-Prim Imħallef Emeritu Joseph Said Pullicino u l-Imħallef Abigail Lofaro.

Fl-aħħar smigħ, xehed l-eks Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar.

Xi spikka mix-xhieda ta’ Lawrence Cutajar?

  • Jien nista’ ma nafdax lil Silvio Valletta meta balla kriminalità kienet qiegħda tissolva?
  • Qatt ma kellimt lil Joseph Muscat dwar il-Panama Papers
  • M’iniex ċert jekk inġabrux dokumenti minn Nexia BT
  • Kont nieħu pass lura u nħalli lill-investigaturi jaħdmu
  • Kont nibża’ li waqt il-konferenzi jingħadu affarijiet li jippreġudikaw il-każ
  • Jekk Daphne kienet tħoss periklu setgħet titkellem mal-Pulizija, anke jekk ma kellhiex grazzja miegħi
  • Qatt ma kont għall-briefings f’Kastilja fuq l-aħwa Degiorgio; kont immur għall-briefings fuq il-proklama
  • Keith Schembri qatt ma kien persuna ta’ interess fl-investigazzjoni
  • L-Emirati Għarab Magħquda ma kkoperawx fuq 17 Black
  • Il-proklama ta’ Theuma ma ndħaltx fiha; ma nafx kif Keith Schembri bagħat it-termini tagħha lil Yorgen Fenech fuq WhatsApp