“L-inkjesta Egrant aljenazzjoni mill-kritika Ewropea fuq l-FIAU” – PD

Il-Partit Demokratiku qal li jidher li l-inkjesta Egrant hija aljenazzjoni mill-kritika Ewropea fuq l-Aġenzija tal-Gvern Kontra l-Ħasil tal-Flus (FIAU) mill-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) u l-possibilità li l-Kummissjoni Ewropea (KE) tinvestiga l-iskandlu tal-viżi Libjani.

Il-PD sostna li l-ħbieb tal-Gvern kienu ippreparati minn qabel b’dettalji tar-rapport sħiħ waqt li dan kien moħbi mill-pubbliku u mill-ġurnalisti u l-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni sejħu għar-riżenja ta’ Simon Busuttil.

L-istqarrija tkompli tgħid, li l-Prim Ministru u dawk ta’ ġewwa għandhom kopja sħiħa tar-rapport li ħareġ dwar il-kumpanija Egrant.