L-inkjesta dwar ħsara f’inkubatur tal-embrijuni f’Mater Dei għadha għaddejja

Għadha għaddejja l-investigazzjoni fuq il-ħsara tal-inkubatur.
Dan qalu l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fi tweġiba għad-domanda tad-Deputata Nazzjonalista Claudette Buttigieg.
Claudette Buttigieg qalet li din il-ħsara wasslet biex disa’ koppji tilfu ċiklu tal-IVF għax l-embrijun tagħhom ma kienx vijabbli.
Fis-27 ta’ Jannar, il-Gvern kien ħatar inkjesta indipendenti minħabba possibiltà ta’ ħsara teknika f’inkubatur li fih kien hemm embrijuni lesti biex jiġu impjantati fl-ommijiet bħala parti mill-proċess tal-IVF.
Fi Frar, Claudette Buttigieg kienet staqsiet hux veru li l-Gvern kien offra kumpens għall-koppji li minħabba qtugħ ta’ dawl fl-isptar għamlu IVF u t-tqala ma rnexxietx.
Hija kienet qalet li meta l-Gvern qiegħed joffri kumpens, x’valur qed jingħata lill-ħajja.