L-Ingliżi u l-Amerikani jgħidu li l-ajruplan Russu twaqqa’ b’bomba

Uffiċjali Ingliżi u Amerikani qed jisħqu li l-intelliġenza tissuġġerixxi li l-ajruplan Russu, li qatel il-224 passiġġier li kien hemm abord wara li kkrexxja fl-Eġittu, twaqqa’ minn bomba.
Sostnew li minkejja dan, huma għadhom iridu jilħqu konklużjoni formali.
Iktar kmieni lbieraħ, l-Ingliżi ssospendew it-titjiriet kollha lil u minn Sharm el-Sheikh, minn fejn l-ajruplan Russu kien telaq.
Minkejja dan, l-Eġittu qed tibqa’ tisħaq li ma kinux il-militanti tal-Istat Iżlamiku li waqqgħu l-ajruplan.
Esperti Russu qed isostnu li għadu kmieni wisq biex wieħed ikun jista’ jilħaq konklużjoni.