L-Ingliżi qed jgħidu li Jihadi John qiegħed il-Libja

Jihadi John, il-qattiel tal-Istat Iżlamiku li jilbes maskra sewda, qed jingħata refuġju fil-Libja, wara li nkixfet l-identità tiegħu.
Dan dejjem skont il-ġurnali Ingliżi Daily Mail u Sunday Express.
Jihadi John sar magħruf mad-dinja kollha wara li kiesaħ u biered ħanxar l-irjus ta’ kważi 30 persuna.  Fost il-vittmi tiegħu hemm: 21 suldat Sirjan, il-ġurnalist James Foley u David Haines.
Mill-investigazzjoni li saret irriżulta li Jihadi John, fil-verità jismu Mohammed Emwazi, żagħżugħ ta’ 26 sena minn Londra.
Ħafna ħasbu li l-fatt li ilna mhux ħażin ma nisimgħu b’aħbaru jista’ jfisser li Jihadi John inqatel.